Għeżież,
Minn dejjem kelli għal qalbi l-kuntatt man-nies, għal din
ir-raġuni snin ilu bdejt naħdem fil-qasam politiku.
Ġej minn familja umli, familja tal-ħaddiema, nemmen f`politika
li tisma’, li tifhem u li taġixxi. Bħala raġel miżżewweġ u ġenitur
ta’ żewġ ulied, nifhem kemm hi fundamentali politika li tagħti
importanza lill-familji, li tgħin liż-żgħażagħ jaspiraw għall-futur
aħjar. Politika li tapprezza l-anzjani, li tara li jingħataw ir-rispett
u l-kura li jixirqilhom.
Fl-esperjenza tiegħi, kemm bħala sindku preżenti tal-Belt
Kapitali kif ukoll fid-diversi rwoli li kelli fil-qasam politiku
matul is-snin, kelli l-privileġġ naħdem mill-viċin, nisma’ u
nifhem il-polz tal-komunità.
Illum, b’umiltà u determinazzjoni, qed nagħmel pass ieħor ’il
quddiem biex għall-ewwel darba nikkontesta l-elezzjoni
ġenerali fuq l-1 distrett f’isem il-Partit Laburista.
Nemmen f’politika li tagħti vuċi lil kull
wieħed u waħda minnkom. Politika li
tgħaqqad u tinkludi lil kulħadd.
Ingħaqdu miegħi. Il-vjaġġ tagħna
jibda hawn.